Il-Ministeru għall-Finanzi qed iwieġeb għall-stqarrija maħruġa mill-OECD, li qalet li skemi ta’ ċittadinanza f’Malta jimponu riskju fuq l-integrità tar-Rappurtaġġ għall-Istandards Komuni, is-CRS. L-OECD semmiet il-Proggramm ta’ Ċittadinanza b’Investiment f’Malta f’lista ppubblikata lbieraħ.
Malta dejjem tirrispetta d-direttiva maqbula bejn Stati Membri Ewropej, u tikkopera b’mod sħiħ fid-diskussjonijiet kollha dwar il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni dwar dawn l-iskemi, u kkommettiet ruħha kemm-il darba biex telimina riskji li jista’ jkun hemm minn dan l-aspett. Dan juri l-impenn ta’ Malta biex tassigura li l-programmi tagħha ma jintużax għal skopijiet illeċiti.
Il-Ministeru kkjarifika wkoll li perusni li jibbenefikaw mill-IIP jew l-MRVP ma jsirux residenti Maltin b’mod awtomatiku, u ma jingħatawx benefiċċji li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa ladarba jiksbu ċ-ċittadinanza minn waħda minn dawn l-iskemi. Skont l-Att dwar it-Taxxa, persuna jkun ikkunsidrat bħala residenti għal skopijiet ta’ taxxa biss skont il-preżenza fiżika tiegħu f’Malta, xi ħaġa li ma kinitx inkluża fl-analiżi tal-IIP.
Il-Ministeru temm jgħid li l-IIP ta’ Malta kien inkluż fil-lista tal-OECD minħabba nuqqas ta’ ftehim. Il-Ministeru qal li se jħares ‘il quddiem għal iktar kollaborazzjoni mal-OECD biex analiżi aktar siewja ssir dwar il-programmi ta’ ċittadinanza, biex dawn jitneħħew mil-kategorija li l-OECD poġġiethom fiha.