B’refernza għall-istqarrija tal-PN dwar l-investiment ta’ kumpanija Awstraljana fil-qasam tal-farmaċewtika tal-kannabis mediċinali, il-Ministeru għall-Ekonomija u Investiment wieġeb li l-Malta Enterprise għamlitha ċara li l-Letter of Intent mal-kumpanija huwa validu biss ladarba tgħaddi l-liġi mill-Parlament.
Il-Letter of Intent tinkludi fiha aktar minn 20 klawsola li jispeċifikaw diversi kundizzjonijiet, regolamenti u proviżjonijiet dwar il-liġi in-kwistjoni.
Il-Letter of Intent ssir kuntratt biss, ladarba il-liġi tgħaddi mill-Parlament filwaqt li t-termini għall-kiri tal-art se jkollhom l-istess kundizzjonijiet stipulati fl-istess Letter of Intent.