Madwar 450 bidwi u raħħal se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja ta’ tliet miljuni u sitt mitt elf ewro, li tgħinhom jinvestu fl-oqsma tagħhom.
Minn din l-iskema, il-bdiewa u r-raħħala jistgħu jibbenefikaw sa 50% fil-mija tan-nefqa li jagħmlu jew massimu ta’ €15,000, skont liema ammont ikun l-inqas.
Din l-iskema hija maħsuba għal għotjiet żgħar b’valur ta’ għotja li għalihom intalbet dokumentazzjoni limitata mingħand l-applikant.
Bdiewa li jixtiequ jerġgħu japplikaw għal din l-iskema jistgħu jagħmlu dan, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, meta din l-iskema terġa’ tiġi mnedija, filwaqt li l-istess skema hija miftuħa bħalissa b’allokazzjoni ta’ €10 miljuni, għal proġetti akbar minn €30,000.
Intqal li l-Gvern jibqa’ kommess li jkun ta’ spalla għall-bdiewa u r-raħħala lokali.
L-istqarrija temmet tgħid li min iħossu aggravat b’xi deċizjoni se jingħata l-opportunità jressaq l-ilment tiegħu u fejn ikollu raġun jingħata r-rimedji opportuni.