Aktar minn elfejn infermiera u qabla se jaraw inġustizzja li saret magħhom tkun ikkoreġuta.
Bidla fil-ħlas tagħhom fl-2007 fissret li bejniethom, dawn kienu mcaħħda minn premium għal sitt xhur sħaħ, li jammonta mal-miljun u seba’ mitt elf ewro.
Flus li qed jitħallsu lilhom b’mod sħiħ f’dawn il-jiem, fi ħlasijiet li jvarjaw bejn €475 u €875, skont ix-shift li kienu jaħdmu bih.
Wara lment mill-MUMN, żewġ investigazzjonijiet – mill-Ministeru għas-Saħħa u l-IAID – li kkonferma l-ilment, il-Ministeru ħadem flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi biex din l-ingustizzja tkun ikkoreġuta.
Dan il-pass bla dubju ntlaqa’ pożittivament mill-MUMN, ghaliex – kif spjega l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne – tagħti iktar motivazzjoni lill-ħaddiema li jingħataw dak li jisthoqqilhom.