Fil-Parlament għadha kif tressqet emenda fil-liġi maħsuba biex tipproteġi aktar lill-artisti.
L-emenda, fl-istadju tal-Ewwel Qari, saret fid-dawl tal-fatt li l-mexxej tar-River of Love, Pastor Gordon Manche, talab għal proċeduri kriminali kontra artisti fosthom fil-konfront tad-Direttur ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar.
Aktar kmieni llum, fil-ħin tat-tweġibiet lill-ġurnalisti wara li indirizza business breakfast organizzat mill-Partit Laburista b’rabta mal-ħidma tal-partit fil-livell Ewropew, il-Prim Ministru ħabbar li se tkun qed titressaq din l-emenda.
L-Ewwel Qari tal-Att biex Tkompli Tissaħħaħ il-Libertà tal-Espressjoni Artistika tressaq mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici.