Il-Prim Ministru ħabbar li inkariga lis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex jikkordina analiżi tar-rapport maħruġ mill-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika u jippreżentah għal kunsiderazzjoni.
Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-analiżi se tkun tinkludi l-aspetti legali mqajma u anke dawk amministrattivi.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkun qed jippubblika din l-analiżi.
Din l-istqarrija ssegwi rapport dwar l-ingaġġ ta’ deputati parlamentari mal-Gvern u li ġie ppubblikat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler.
Ir-rapport tkellem ċar u tond dwar prattiċi li l-Kummissarju għall-Istandards jgħid li ilhom hemm minn amministrazzjonijiet preċedenti.
Għal dan ir-rapport l-ewwel reazzjoni tal-Gvern fissret li jekk xejn, dan ir-rapport jixhed l-indipendenza li jgawdu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.