Il-Gvern Malti nieda paġna uffiċjali fuq Facebook bl-isem Covid19 Malta li fiha l-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jsegwu l-aħħar aġġornamenti uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mal-Coronavirus.
Il-Prim Ministru Robert Abela ħeġġeġ lil Maltin ikomplu jsegwu dak li jiġi ppubblikat fattwalment f’din il-paġna.