L-Ingilterra qed tkompli taffaċċja żiediet fuq il-prezzijiet ta’ numru ta’ servizzi fost oħrajn.
Il-kontijiet tal-internet, mobile u l-ilma huma fost dawk li mistennija jogħlew.
Dan filwaqt li n-negozji se jħabbtu wiċċhom ma’ żieda fuq l-enerġija u t-taxxi li japplikaw għall-korporazzjonijiet u dawk it-taxxi li jkopru s-servizzi tal-kunsilli lokali.
Magħhom se jogħlew il-paga minima nazzjonali u n-national living wage. Minkejja dan, it-trejdunjonisti argumentaw li dawn iż-żidiet xorta waħda mhumiex biżżejjed biex jikkombattu l-inflazzjoni.
Intant in-negozji se jaraw żieda qawwija fil-kontijiet tal-enerġija hekk kif l-iskema tal-Gvern Ingliż li tassistihom biex iħallsu dawn il-kontijiet se tintemm.
Dan filwaqt li fil-każ ta’ familja, il-kont tad-dawl se jiżdied minn wieħed u tletin lira fis-sena għal erba’ mija, tmienja u erbgħin. Żieda ta’ sebgħa punt ħamsa fil-mija.