Il-Gvern Ingliż mistenni jippubblika l-pariri legali kollha li ngħata dwar l-abbozz dwar Brexit. Dan skont ir-rieda tal-maġġoranza tal-Membri Parlamentari Ingliżi.
Il-Partit Laburista Ingliż, imexxi minn Jeremy Corbyn, ordna lill-Gvern jippubblika l-pariri mogħtija lilu mill-Avukat Ġenerali, qabel ma nhar it-Tlieta li ġej, Westminster jivvota favur jew kontra dan l-istess abbozz.
Il-House of Commons appoġġjat din il-mozzjoni, li għaddiet b’311 vot favur u 293 kontra.
L-abbozz inkwistjoni kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea ftit tal-ġimgħat ilu.