Persuni ta’ nazzjonalità Ewropea irid jingħatalhom d-dritt li jibqgħu fir-Renju Unit wara l-proċess Brexit. Dan kien deċiż mill-House of Lords, bil-gvern Ingliż jitlef l-ewwel battalja fil-proċess BREXIT.
Il-vot ta’ 358 kontra 256, huwa l-ewwel telfa fil-Parlament għal-abbozz li jwitti t-triq għal BREXIT. Minkejja dan, Il-membri parlamentari se jkollhom iċ-ċans li jneħħu t-tibdil propost ladarba l-abbozz jirritorna fil-House of Commons.
Il-Ministri qalu li l-futur tal-ħaddiema Ewropej li jaħdmu fir-Renju Unit għandu jinżamm bħala prijorità fl-abboz ta’ BREXIT.