Il-Gvern Ingliż saħaq li ma hemmx bżonn ta’ aktar restrizzjonijiet biex titrażżan l-imxija.
Kelliem għall-Gvern qal li 200 suldat intbagħtu f’Londra sabiex jassistu s-servizzi tas-saħħa f’dak li hemm bżonn.
Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma bbilanċjati u biżżejjed biex jilqgħu għall-varjant Omicron. Madanakollu, l-programm tat-tilqim addizzjonali huwa effettiv biex iwaqqaf it-tixrid.
Il-kelliem żied jgħid li l-militar għen matul il-pandemija u issa qed jerġa’ jgħin sabiex is-servizz tas-saħħa fl-Ingilterra jkollu l-appoġġ li għandu bżonn.