Il-Gvern Ingliż ippubblika l-proposti ġodda tiegħu għal Brexit, inkluż pjanijiet biex isolvi l-kwistjoni tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera bejn il-pajjiż u l-Irlanda.
Bil-proposti tal-Gvern ta’ Boris Johnson, l-Irlanda ta’ Fuq li tifforma parti mir-Renju Unit tibqa’ parti mis-suq waħdieni Ewropew.
Din il-proposta ġabet reazzjoni inizzjali tal-Kummissjoni Ewropea li qalet kif se teżamina dawn il-proposti b’mod oġġettiv.
Quddiem konferenza tal-Partit Konservattiv il-Prim Ministru Boris Johnson qal li l-alternattiva l-oħra jekk mhux dawn il-proposti huwa li r-Renju Unit iqatta’ l-karti minn mal-Unjoni Ewropea bla ftehim.
Ritratt: BBC News