l-Parlament Ingliż għandu jiddeċiedi b’mod unanimu jekk il-Gvern ta’ Theresa May għandux jagħti bidu għall-proċess Brexit. Din kienet id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Ngliża t-Tlieta filgħodu wara laqgħa fil-Parlament f’Westminster.
Il-President tal-Qorti Suprema, Lord Neuberger, qal li b’maġġoranza ta’ tmienja kontra tlieta, il-famuż Artiklu ħamsin tat-Trattat ta’ Liżbona ma jkunx jista jiġi fis-seħħ mingħajr l-awtorizazzjoni ta’ Att Parlamentari. Dan kollu jfisser li l-Prim Ministru Theresa May ma tistax tibda’ diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea sakemm il-Membri Parlamentari Ingliżi jagħtu l-kunsens tagħhom qabel il-wieħed u tletin ta’ Marzu li ġej, kif miftiehem, iżda, il-Qorti stess ċaħdet id-dikjarazzjoni tal-Gvern Skoċċiż li qal li Holyrood għandha dritt tintervjeni fuq Artiklu ħamsin.
L-Istess se jingħat għall-Parlament ta’ Wales u l-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq. Intqal ukoll kif jekk il-Gvern Ingliż jieħu xi deċiżjoni mingħajr ma jieħu l-opinjoni tal-Membri Parlamentari, ikun qed iwettaq att kontra d-demokrazija, u kontra l-kostituzzjoni Ngliża. L-Avukat Ġenerali Ngliż, Jeremy Wright, qal li l-Gvern, għalkemm diżappuntat, se jaħdem biex jimplimenta din id-deċiżjoni. Madanakollu, Il-Gvern Ingliż wieġeb għal din id-deċiżjoni billi qal li bħala Prim Ministru, Theresa May hija entitolata għall-hekk imsejħa Royal Perogative, li jfisser li għandha l-poter tinvoka Artiklu ħamsin tat-trattat ta’ Liżbona mingħajr il-bżonn ta’ approvazzjoni minn ebda membru parlamentari.
Fl-Indirizz tiegħu lill-midja Ngliża f’Westminster, l-eks Avukat Ġenerali Dominic Grieve qal li r-referendum ta’Ġunju li għadda kien biss wieħed konsultattiv. Qal li l-Gvern għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara, u filwaqt li mhux se jiddiżrispetta x-xewqa tal-poplu Brittaniku, se jżomm is-sovrantia li ħaqqu.