Bil-għan li s-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta jkompli jissaħħaħ, il-Gvern qed jieħu u se jkompli jieħu azzjonijiet biex jiżgura li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna tkun waħda ta’ ġurisdizzjoni serja u kompettiva.
Meta kien qed jindirizza konferenza li tiġi organizzata kull sena mill-Istitut tal-Professjonisti fis-Servizzi Finanzjarji, il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna tkellem dwar it-twaqqif ta’ unit ġdid biex jikkordina aħjar ix-xogħol ta’ istituzzjonijiet bħall-FIAU u l-Bank Ċentrali.
Dan il-unit se jkun qed jiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni tar-riskji f’pajjiżna fis-settur.
Għamilna lista ta’ 50 azzjonijiet li jridu jiġu mwettqa matul dawn it-tliet snin u dan il-unit se jkun qed itwettaqhom ħalli b’hekk pajjiżna imma jkompli juri kif l-affarijiet qed jeħodhom bis-serjeta kif dejjem ħadnihom saħaq il-Ministru Edward Scicluna.