Illum waranofsinhar, il-Gvern iltaqa’ mal-importaturi maġġuri tal-ikel u s-sidien ta’ supermarkets ewlenin biex tkun diskussa l-provvista tal-ikel f’pajjiżna.
Il-Gvern ġie mgħarraf li s-sitwazzjoni hija tajba ħafna fejn l-ħażna tal-ikel huma iktar milli suffiċjenti.
Fil-fatt, l-importaturi tal-ikel u s-sidien ta’ supermarkets mhux jaraw l-ebda tip ta’ problemi serji għaż-żmien li ġej u fil-futur.
Filwaqt li tenna l-appoġġ tiegħu u rringrazzja lil dawn l-importaturi u sidien, il-Gvern ħeġġeġ biex il-konsumaturi jagħmlu x-xirja normali tagħhom mingħajr l-ebda bżonn ta’ allarm jew konfużjoni.
Il-Gvern ifakkar li s-supermarkets huma wkoll postijiet magħluqa li fihom m’għandux ikun hemm iffullar. Għalhekk kull konsumatur għandu jagħmel ix-xirja tiegħu waħdu jew iżomm in-numru ta’ persuni li jakkumpanjawh fil-minimu possibli.