Il-Gvern ħabbar l-estenjoni tas-servizz tas-Silver-T sabiex minn dan ix-xahar ikopri lill-gżira Għawdxija u Ħaż-Żabbar.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Anzjanita Attiva, Jo Etienne Abela, fejn irrimarka li dan is-servizz qed jipprovdi faċilita ta’ trasport b’xejn lill-anzjani li għandhom ’il fuq minn 60 sena u li jkunu jeħtieġu assistenza fil-qadi tagħhom ta’ kuljum fl-istess lokalita, bħal meta jridu jmorru l-bank, il-kunsill lokali u diversi postijiet oħra.
Il-Ministru Jo Etienne Abela qal fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, permezz tas-servizz tas-Silver-T, saru ’l fuq minn 8,000 vjaġġ.
Huwa qal li permezz dan is-servizz se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja aħjar għall-anzjani tagħna.
Ġie spjegat li anzjani interessati li jagħmlu użu minn dan is-servizz għandhom jibbukkjaw sa mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhux aktar kmieni minn tlett ijiem qabel il-bżonn tal-vjaġġ.
Huma jistgħu jibbukkjaw billi jċemplu fuq 22788900 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-sebgħa ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ waranofsinhar.