Il-Gvern permezz tal-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Din ir-riġenerazzjoni hija maqsuma fuq disa’ żoni f’dan il-port li storikament dejjem kien importanti għall-istorja ta’ pajjiżna.
Dan permezz ta’ dokument li ġie ppubblikat wara li studju mill-esperti, li jirrifletti l-ħidma li jrid jagħmel il-Gvern f’din iż-żona tant importanti għall-pajjiżna.
Intqal kif dan l-istudju studja fid-dettall kull żona li hemm f’dan il-port uniku, fejn għandek diversi familji li jgħixu f’irħula u l-ibliet li jduru ma’ dan il-port.
Il-Ministru Borg qal kif ix-xogħol fuq din ir-riġenazzjoni, fosthom permezz tal-ħidma li qed issir minn Infrastruttura Malta, fost bil-port tat-tisħiħ tal-breakwater li bih il-port ikun iżjed kenni.
Xogħol ieħor li qed isir huwa dak li qed tneħħi bastimenti abbandunati f’dan il-port u dan il-port se jkun minn tal-ewwel Ewropa, fejn il-bastimenti se jibdew jieħdu l-elettriku mix-xatt.
Intqal kif dalwaqt Infrastruttura Malta se jkun qed jibda t-tħammil tal-port, sabiex iżid l-kapaċita tal-Port il-Kbir.
Il-Gvern għaddej bix-xogħol fuq ir-rigerazzjoni tal-Marsa, hekk kif tmexxa minn fejn tiġi l-enerġija ta’ pajjiżna.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Ian Borg spjega d-disa’ żoni li se jkunu qed jiġu riġenerati permezz ta’ din ir-riġenerazzjoni.
Ix-Xatt ta’ Lascaris fil-Belt Valletta se jkun qed jara d-djar u mħażen li huma mitluqa se jkunu rranġati u anke l-moll li nbena għall-Fast Ferry għal Għawdex. Intqal kif dan il-moll se jkun qed jitkabbar sabiex jilqa’ iżjed dgħajjes.
It-tieni żona hija dik tan-naħa tal-Valletta Waterfront, fejn għaddejjin diskussjonijiet sabiex ikun estiż il-Moll ta’ Pinto sabiex jilqa’ iżjed vapuri u vapuri akbar.
It-tielet żona hija dik tal-Menqa, fejn hemm se jsir eżerċizzju sabiex ix-xatt tal-Marsa jissebbaħ u l-binjiet mitluqin jintużaw aħjar.
Ir-raba’ żona hija dik tal-eks Shipbuilding u trid issir ħidma mal-privat, li dan ix-xatt jintuża aħjar fl-interess tal-ekonomija Maltija. Intqal kif hawnhekk huwa viċin il-Marsa Junction, li nfetħet ftit taż-żmien
Il-ħames żona hija dik ta’ Ras Ħanżir, fejn hemmhekk qed jinbena moll ġdid, li dan se joħloq potenzjal ġdid, bil-ħidma qed issir minn Infrastruttura Malta u t-Transport Malta se tmexxi x-xogħol hekk kif jinbena.
Is-sitt żona hija dik tal-Laboratory u Magazina Wharves, fejn se jkun qed jinbena parkeġġ sabiex jiflaħ għall-kapaċita tal-ħaddiema, li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Kordin.
Is-seba’ żona hija dik tat-Tlett Ibliet, fejn hemmhekk diġa sar xogħol u hemmhekk hemm iż-żona tal-eks Malta Drydocks. F’dan il-post trid issir ħidma mal-privat sabiex tkompli
It-tmien żona hija dik tax-Xatt tan-naħa tal-Kalkara. Hawnhekk intqal kif qed issir xogħol permezz tar-riġenerazzjoni tax-Xatt tal-Kalkara u anke fiż-żona tat-Toqba fil-Birgu.
Id-disa’ żona hija dik ta’ Forsi Ricasoli, li hija l-akbar fortizza f’pajjiżna. Qal li hawnhekk qed isir ix-xogħol u se jkompli jsir ix-xogħol sabiex din tkun strutturata u tinżamm hemmhekk, ħalli pajjiżna jgawdi l-patrimonju ta’ pajjiżna. Hawnhekk se jitneħħa l-faċilita tat-tank cleaning, fejn se jkun irrilokat.
Il-Ministru Ian Borg qal kif issa trid issir ħidma mill-Gvern permezz ta’ Ministeri differenti fosthom dak tal-Ministeru tal-Ippjanar, sabiex dan isir.