Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, għan-nom tal-Gvern Malti flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qiegħed kuruna tal-fjuri mal-monument ta’ Tmiem il-Gwerra Bierda f’Birżebbuġa, fil-jum tal-funeral tal-eks mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev.

Gorbachev kien bniedem onorevoli li ssagrifika l-karriera tiegħu għall-paċi mondjali, u mexxej b’viżjoni li dejjem ħadem favur il-paċi madwar id-dinja. Fl-1989, Mikhail Gorbachev u l-Preisdent tal-Istati Uniti George H. W. Bush iltaqgħu f’Malta għall-Malta Summit, pass importanti għat-tmiem tal-Gwerra Bierda.