Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, ħabbar regolamenti ġodda bil-għan li tkun indirizzata l-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Jirriżulta li fl-aħħar ġimgħat u xhur kienet qed tqum kwistjoni li ċerti kuntratturi ma kienx qed ikollhom fejn jitfgħu l-iskart ta’ kostruzzjoni u ONE NEWS hu nfurmat li saħansitra kien hemm talbiet li dan jintefa’ fil-baħar.
Xi ħaġa li l-gvern ma kienx lest jaċċetta. Bħalissa f’Malta hawn 30 barriera li bil-permess ambjentali biex jaċċettaw skart mill-industrija tal-kostruzzjoni. Iżda, dawn mhux dejjem qed jaċċettaw l-iskart u l-gvern irid jassigura li dan ma jibqax ikun il-każ. Għalhekk se jippubblika avviż legali biex il-gvern jieħu l-ispazju fil-barrieri fejn hemm spazju vojt li fiha tista’ tirċievi skart mill-iskavar u t-twaqqigħ u jagħti kumpens lil dawn il-barrieri.
Dan dejjem skont lil-permess ambjentali. Il-kumpens jinħadem skont bord li jkun immexxi minn Maġistrat maħtur mill-Prim Imħallef, rappreżentant maħtur mill-Ministru għall-Ambjent u ieħor mill-operatur. Min ma jimxix mar-regoli l-ġodda se jkun immultat u saħansitra jkollu l-liċenzja kkanċellata. Bħala l-ewwel pass l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent se tikteb lill-operaturi tal-barrieri li għandhom permess ambjentali u fejn jingħad li m’hemmx spazju għal iktar skart tal-kostruzzjoni se ssir analiżi biex dan ikun ivverifikat.
Fi stqarrija tal-Ministeru tal-Ambjent intqal li dawn il-miżuri ttieħdu bil-għan li jkun imħares l-ambjent u fakkar kif uħud minn dawn il-barrieri huma prorpjetà tal-gvern. Il-Ministru tal-Ambjent qal li din il-kwistjoni kienet diskussa ma’ msieħba soċjali differenti u tenna li m’hemmx lok għal diskussjoni ma’ operaturi li ma jridux iżommu mal-permess.
“Il-Gvern se jintervjeni fl-interess tal-pajjiż u tal-poplu,” intqal fi stqarrija. Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, ħabbar regolamenti ġodda bil-għan li tkun indirizzata l-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni.
Jirriżulta li fl-aħħar ġimgħat u xhur kienet qed tqum kwistjoni li ċerti kuntratturi ma kienx qed ikollhom fejn jitfgħu l-iskart ta’ kostruzzjoni u ONE NEWS hu nfurmat li saħansitra kien hemm talbiet li dan jintefa’ fil-baħar.
Xi ħaġa li l-gvern ma kienx lest jaċċetta. Bħalissa f’Malta hawn 30 barriera li bil-permess ambjentali biex jaċċettaw skart mill-industrija tal-kostruzzjoni. Iżda, dawn mhux dejjem qed jaċċettaw l-iskart u l-gvern irid jassigura li dan ma jibqax ikun il-każ. Għalhekk se jippubblika avviż legali biex il-gvern jieħu l-ispazju fil-barrieri fejn hemm spazju vojt li fiha tista’ tirċievi skart mill-iskavar u t-twaqqigħ u jagħti kumpens lil dawn il-barrieri.
Dan dejjem skont il-permess ambjentali. Il-kumpens jinħadem skont bord li jkun immexxi minn Maġistrat maħtur mill-Prim Imħallef, rappreżentant maħtur mill-Ministru għall-Ambjent u ieħor mill-operatur. Min ma jimxix mar-regoli l-ġodda se jkun immultat u saħansitra jkollu l-liċenzja kkanċellata.
Bħala l-ewwel pass l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent se tikteb lill-operaturi tal-barrieri li għandhom permess ambjentali u fejn jingħad li m’hemmx spazju għal iktar skart tal-kostruzzjoni se ssir analiżi biex dan ikun ivverifikat. Fi stqarrija tal-Ministeru tal-Ambjent intqal li dawn il-miżuri ttieħdu bil-għan li jkun imħares l-ambjent u fakkar kif uħud minn dawn il-barrieri huma prorpjetà tal-gvern.
Il-Ministru tal-Ambjent qal li din il-kwistjoni kienet diskussa ma’ msieħba soċjali differenti u tenna li m’hemmx lok għal diskussjoni ma’ operaturi li ma jridux iżommu mal-permess. “Il-Gvern se jintervjeni fl-interess tal-pajjiż u tal-poplu,” intqal fi stqarrija.