L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering faħħret b’mod sħiħ il-miżuri li ġew imħabbra għall-baġit tas-sena d-dieħla.
Il-Viċi President tal-ACE Matthew Pace tkellem dwar il-miżura ta’ 350 miljun ewro favur is-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija biex l-ebda persuna ma ssofri l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels.
Huwa elenka d-differenza bejn pajjiżi oħra li għollew il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma minn meta bdiet l-gwerra fil-Lvant Nofsani u Malta li ħolqot tarka biex jipproteġi l-industriji Maltin fosthom ir-ristoranti.
Huwa faħħar il-miżura taż-żieda talkumpens għall-għoli tal-ħajja, jiġifieri l-COLA se tiżdied għal €12.81 fil-ġimgħa. Tenna li bis-saħħa ta’ hekk se jiżdied il-flus fil-but tan-nies li fl-aħħar mill-aħħar isarraf f’iktar klijenti.
Intant l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering ippropona u qed jaspira li fiż-żmien li ġej il-Gvern idaħħal il-miżura li titnaqqas it-taxxa tal-valur miżjud tar-ristoranti li eventwalment igawdi l-Gvern, il-klijent u anka t-turisti li jiġu f’pajjiżna.