Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ilbieraħ ta’ rendikont dettaljat dwar il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’Għada dwar is-saga tal-kumapnija Avantgarde Projects li rebħet sejħa pubblika għal xogħol fl-iskola tal-Ħandaq u qal li l-Gvern kellu d-dover legali li jħallas għal xogħol li kien ordnat iżda li baqa’ ma tħallasx.
Meta kien qed jitkellem fil-Parlament fid-dibattitu dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-budget, is-Sur Bartolo qal li meta sar ministru f’Marzu tal-2013, qalulu li l-Fondazzjoni kellha overdrafts ma’ bank partikolari li kien jammonta ’l fuq €60 miljun. Anqas kien possibbli għall-Fondazzjoni li tħallas l-interessi ta’ amdwar €2 miljuni u kieku din ma kinitx dentità pubblika kieku kienet tiġi dikjarata falluta.
Il-ministru Bartolo qal li l-board il-ġdid tal-fondazzjoni innegozja mal-bank u ġab rata ta’interess aktar favorevoli.
L-FTS kellhawkoll sensiela ta’ djun oħra, din id-darba ma’ kuntratturi li bndew l-iskejjel. Fir-rapport tiegħutal-2014, l-Awditur Ġenerali kellu kritika ħarxa għall-fondazzjoni għax id-differenzi kienu ogħla ħafna aktar mill-istimi oriġinali
Irriżulta li fil-każ tal-Avantgarde Projects, li bniet l-iskola f’Tal-Ħandaq, il-gvern nazzjonalista anqas biss ma mexa mal-proċeduri tat-tenders poubbliċi u dan fisser li x-xogħol li sar kien illegali.
Avantgarde Projects bagħtu kpnt ieħor ta’ €550,000 u wara analiżi dettaljata unegozjati, din il-fiġura niżlet għal €400,000. Dawn in-negozjati ħadu sentejn u nofs u l-FTS setgħet kellha talba mill-kuntrattur biex tħallsu €150,000 f’imgħax.
Il-Ministru Bartolo ċaħad li huwa kien il-problema iżda qal li huwa sab soluzzjoni għall-irregolaritajiet li l-gvern laborista wiret minghand in-nazzjonalisti.