Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (l-MDA), Michael Stivala, laqa’ l-fatt li dan il-Budget kompla jibni fuq oħrajn preċedenti dwar il-qasam tal-proprjetà f’pajjiżna.
Huwa faħħar il-fatt li f’dan il-qasam tkomplew miżuri eżistenti filwaqt li żdiedu magħhom oħrajn li kkumplimentawhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost dawn il-miżuri hemm l-għotja ta’ €10,000 għal dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom b’valur sa nofs miljun ewro.
Michael Stivala nnota wkoll miżuri oħra li ħa l-Gvern f’dan il-Budget li se jgħinu l-ekonomija Maltija b’mod sħiħ, bħas-sussidju fis-setturi tal-enerġija, tal-fjuwil u ċ-ċereali.