B’mija disgħa u sittin vot favur, mija u tlieta tletin vot kontra u ħames astensjonjiet, is-Senaturi Taljani taw il-fiduċja tagħhom lill-Gvern ġdid Taljan immexxi mill-Prim Ministru Giuseppe Conte.
Il-fiduċja tas-Senaturi Taljani ngħatat wara li lbieraħ filgħaxija l-Gvern magħmul mill-Partit Demokratiku u l-Movimento Cinque Stella rebaħ il-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tad-deputat parlamentari Taljani bi tliet mija u tlieta u erbgħin vot favur u mitejn u tlieta u sittin vot kontra.