Il-President Franċiż Emmanuel Macron għandu jħabbar madwar sittin miżura kompilati f’dokument ta’ mitejn paġna li jiżguraw proċess eħfef għal min iħaddem biex jimpjega u jkeċċi n-nies kif ukoll biex jinnegozjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Dan id-dokument għandu jiġi ppreżentat mill-Ministru tax-Xogħol Muriel Pènicaud lill-imsieħba soċjali u lill-unjins qabel ma jiġi ppubblikat mill-Prim Ministru Edouard Philippe.
Problema kemxejn antipatka għall-Gvern hija kif ser jagħmilha eħfef sabiex kumpanija tkeċċi n-nies. Ħafna saħqu li għandu jkun hemm kumpens jew limitu ta’ ħsarat li jaffaċċjaw dawn l-impjegati.