Sebgħa u għoxrin migranti li kienu fi triqithom lejn ir-Renju Unit għerqu qrib Calais wara li d-dgħajsa li kienu fuqha għerqet.
Il-prosekuzzjoni fi Franza qalu kif seba’ minnhom kienu nisa u tlieta kienu tfal filwaqt li ġew salvati żewġ persuni.
S’issa m’hemmx wisq informazzjoni dwar il-persuni li mietu, lanqas in-nazzjonalità tagħhom jew x’wassal biex għerqet id-dgħajsa.
Il-Pulizija Franċiża s’issa arrestat ħames persuni b’rabta ma’ dan il-vjaġġ li qed jitqies bħala wieħed xokkanti hekk kif ħalla bosta vittmi.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, u l-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qablu biex jagħmlu dak kollu possibbli biex iwaqqfu lil min hu responsabbli.
Iżda Johnson qal li Franza trid taħdem aktar biex twaqqaf migranti milli jaqsmu l-Kanal Ingliż filwaqt li Macron qal kif ir-Renju Unit irid jieqaf jippolitiċizza il-każ.
Ritratt: Getty Images