Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-ċentru Leap tal-Birgu, il-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellem dwar is-servizzi li jingħataw minn ġewwa il-LEAP centres. Qal li meta wieħed jitkellem dwar faqar irid iżommu f’moħħu li l-faqar materjali mhux ġej biss minn nuqqas ta’ flus biex wiehħd jixtri il-bżonnijiet neċessarji.
“Għalhekk” żied jgħid il-Ministru Farrigua “meta ġejna għat-tqassim tal-ikel tal-Ewropa, jew kif inhu iktar magħruf bhala FEAD, rajna li mhux biss inqassmu l-ikel imma meta dawn il-persuni jiġbru il-kaxxi ta’ l-ikel nibdew noffrulhom servizz ta’ social mentor biex ikunu jistgħu jgħinuhom u jigwidawhom fi bżonnijiet oħra soċjali li dawn il-familji jista’ jkollhom”.
Permezz ta’ dan is-servizz ġdid offrut, il-Gvern induna li hemm familji oħra li għalkemm ma jaqawx fil-kriterji li jikkwalifikaw għal ikel tal- Ewropa, xorta qeghdin jgħixu fil-faqar. Għal dan ilħgħan qegħdin fil-process ta’ tender biex 41,000 persuna oħra jkunu jistgħu jiġu mwieżna permezz ta’ dan l-ikel.
Il-kriterji ghall-ikel taht l-iskema ta’ l-Istat ser ikunu kif ġej;
- Familji li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji u għandhom wild wieħed inqas minn sittax il-sena dipendenti
- Persuni waħedom li jirċievu pensjoni ta’ l-età (Age Pension)
- Familji li jirċievu il-benefiċċju ta’ l-enerġija u għandhom wild wieħed inqas minn sittax il-sena dipendenti
- Persuni li jieħdu pensjoni ta’ diżabiltà u mhux jaħdmu.
Il-Ministru spjega li bħal ma sar fit-tqassim tal-ikel ta’ l-Ewropa dawn il-familji se jkunu offruti ukoll għajnuna filwaqt li jsir profiling tal-familja mill-mentors biex fejn ikunu jinħtieġu għajnuna oħra soċjali, jingħataw din l-għajnuna biex joħorgu mill-faqar u fejn possibli jgħixu hajja indipendenti.