Il-Gvern u l-kumpanija Lufthansa Technik għaddejjin b’diskussjonijiet biex din tal-aħħar tespandi l-operat tagħha b’sittax-il miljun ewro.
Investiment li jfisser żieda ta’ ħamsin impjieg full-time.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fi żjara fl-istess kumpanija fejn innota kif din il-kumpanija hija xempju eżemplari ta’ kif miexi dan is-settur f’pajjiżna.
Settur li fl-aħħar snin kiber sew, u f’pajjiżna jimpjega mal-1600 persuna, 500 minnhom f’Lufthansa Technik stess.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Cardona saħaq li s-settur tal-avjazzjoni huwa parti mill-pjan tal-Gvern għal tkabbir sostenibbli. Settur li permezz ta’ kors specjalizat fl-MCAST, mill-2015 ra 50 gradwat f’dan il-qasam.