F’Malta, il-mezzi ta’ komunikazzjoni huma fdati inqas mill-Gvern, filwaqt li minn fost is-sorsi differenti ta’ midja huma l-gazzetti stampati l-inqas li jgawdu mill-fiduċja taċ-ċittadin.
Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea, magħruf bħala l-Eurobarometer, li jkejjel il-ħsibijiet tan-nifs dwar bosta temi differenti.
Il-maġġoranza tal-Maltin, 52% għandhom fiduċja fil-Gvern. Dan meta fl-Unjoni Ewropea r-rata hi biss ta’ 31%