Dwar il-mina ta’ bejn Malta u Għawdex, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt id-diskors tal-baġit qal kif il-gvern huwa determinat li dan il-proġett ħa jsir.
Il-Ministru Scicluna qal li l-istudju dwar dan il-proġett jinsabu fil-fażi finali u se jkunu qed jitħabbru fix-xhur li ġejjin, li se jinkludu d-disinji prelimari tal-mina u l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali ta’ dan l-investiment.
Huwa qal li aktar dettalji dwar dan il-proġett li se jgħaqqad liż-żewġ gżejjer se jitħabbru dalwaqt.