L-eks Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi, Alfred Camilleri, sostna li mill-garanziji li ta l-Gvern Malti b’rabta mal-proġett tal-power station il-ġdida, l-istess Gvern daħħal mat-tnax-il miljun ewro.
Camilleri sostna dan waqt laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi u li qed jiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas.
Camilleri kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mid-Deputati Laburisti fil-Kumitat.
Intant Camilleri ġie mistoqsi wkoll dwar indħil politiku b’rabta mal-ħruġ ta’ salvagwardji mill-uffiċċju tiegħu. Salvagwardji li kienu jsiru fl-aħjar interess tal-pajjiż f’każ li l-proġett ifalli.
Camilleri wieġeb fin-negattiv.