Il-Gvern għamel rapport lill-Pulizija biex issir investigazzjoni fuq numru ta’ stejjer li dehru fuq l-internet, fosthom fake news websites u l-mezzi soċjali li fihom kien hemm imsemmija l-Prim Ministru u esponenti oħra tal-Gvern fosthom anke biex jiġu rreklamati prodotti bħal bitcoin.
Il-Gvern ħa u qed jieħu bis-serjetà ħafna dawn l-istejjer li għandhom għanijiet mhux biss frudulenti iżda anke li jippruvaw ipinġu xi dell ikrah billi jwasslu stejjer foloz.