Il-Gvern Malti ta’ għotja ta’ €600,00 lil fond tar-riċerka fi ħdan l-Università ta’ Malta biex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati ħdax-il proġett ta’ riċerka.
Dan apparti li minn fondi oħra, l-Università diġà twettaq erba’ riċerki oħra fis-sena.
Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella tkellem dwar kif din id-donazzjoni tgħin lill-Università ta’ Malta sabiex itejjeb il-livell tagħha meta mqabbla ma’ Universitajiet oħra.
Huwa stqarr: “Għaliex hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Università illi l-Gvern dehrlu illi kellu jassisti lil mhux ix-xogħol tal-Università, imma r-riċerka bħala parti mix-xogħol tal-Università.”
Il-Pro-Rettur tal-Università Saviour Zammit spjega kif dawn il-proġetti ta’ riċerka li intagħżlu sabiex jiġu finanzjati huma dwar setturi differenti fosthom proġetti marbuta max-xjenza, l-arkeoloġija, ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fisser kif ir-riċerka hija aspett importanti f’Università għax finalment minn dawn il-proġetti ta’ riċerka joħorġu s-soluzzjonijiet biex titjieb ħajjet in-nies.
Il-Ministru Bonnici sostna: “Jiena kuntent immens bil-mod ta’ kif l-Università qed tamministra il-fondi tagħħa tar-riċerka u m’għandiex dubju li dawn l-esperti tagħna li qed nindukraw f’din l-Università se jkomplu jmexxu l-quddiem isem l-Università u l-ewwel u qabel kollox isem pajjiżna.”
Ir-riċerkaturi se jaħdmu wkoll fuq oqsma tas-saħħa biex isibu tarf bosta domandi li jqumu fuq l-epilesijja, l-awtiżmu, l-ALS u l-glaucoma.