Il-Gvern ta’ Malta, b’referenza għal rapport ippubblikat fuq sit internazzjonali, Reuters, bit-titlu “EU executive calls on Malta to find journalist’s “barbarous” killers”, ikkjarifika rigward kummenti li kien hemm inklużi fir-rapport li ġie sostnut li ntqalu mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans.
Dan hekk kif l-istess kummenti qatt ma ntqalu minn Timmermans jew mill-uffiċċju tiegħu.
Il-Gvern sostna li minn dak il-ħin l’ hawn ir-rapport ġie kkoreġġut.