Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħoloq app tal-mowbajl li ser tkun qed tindirizza kwalunkwe problema relatata ma vjaġġar min-nies residenti ta’ Malta.
L-app bl-isem Malta Travel Point tinkludi fiha sitt taqsimiet li huma; Pariri dwar Vjaġġar, Missjonijiet Diplomatiċi, t-taqsima tal-Emerġenza, tal-Pulizija, tal-Isptarijiet u wkoll dik bid-dettalji tal-Ministeru.
John Buttiġieġ, id-Direttur għas-Servizzi Konsulari tkellem dwar din l-app, filwaqt li spjega wħud mis-sitt taqsimiet li jinsabu f’din il-pjattaforma teknoloġika.
Bażikament din hija focal point għaċ-ċittadini Maltin illi permezz tagġha huma jkunu jistgħu f’każ ta’ bżonn jekk huma jkunu barra jfittxu u jsibu l-informazzjoni li għandhom bżonn fl-ismartphone tagħhom.
Għandna wkoll icon li fiha għandha informazzjoni fil-local jiġifieri bil-geolocation inti tista’ taċċessa l-eqreb għassa tal-Pulizija u l-eqreb sptar li jkun hemm fil-viċinanzi.
Spejga wkoll kif wieħed jista’ jaċċessa jew iniżżel din l-app.
L-ewwel nett din hija app b’xejn. Jistgħu jaċċessaw billi jidħlu fil-Malta app tal-Gvern għaliex din tagħmel parti mill-Malta apps tal-Gvern imma jistgħu wkoll jidownladjawha mill-Google Play u mill-Appstore.
F’kumment ma’ One News il-Ministru għall-Affarijiet Carmelo Abela ħeġġeġ sabiex kull min pjana jew qed jippjana xi vjaġġ barra mill-pajjiż, ma jagħmilx ħażin li jkun moħħu mistrieħ u jniżżel din l-app.
L-app qeda’ hemmek bħala għodda li ttik l-informazzjoni skond il-pajjiż fejn tkun skond ir-reġjun fejn tkun u allura wieġed tajjeb li jkollu din l-app speċjalment jekk wieħed isiefer b’mod regolari iktar u iktar jista’ jkollu bżonn li juża’. Dan hu servizz li l-Ministeru u l-Gvern qed joffru u għalhekk huwa mportanti ħafna li nikkonsultaw minn żmien għal żmien speċjalment jekk inkunu se mmorru ċertu postijiet li forsi mhux daqsekk popolari magħna l-Maltin meta mmorru barra minn Malta.