Għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed ikompli jassisti lin-negozji tal-familja billi jerġa’ jnaqqas it-taxxa tal-boll għal 1.5% meta dawn jiġu trasferiti intervivos lit-tfal u lil ġenerazzjonijiet iżgħar.
Il-Gvern se jkompli jibni fuq il-qafas maħluq mill-Att dwar in-Negozju tal-Familja permezz ta’ miżuri li huma mmirati biex dawn in-negozji jkunu jistgħu jistrutturaw b’mod li jaqbel lilhom mingħajr ma r-regolamentazzjoni jew it-tassazzjoni jkunu fattur deterrenti.