Se jkomplu t-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni bejn l-Awstralja u l-Indja mill-15 ta’ Mejju li ġej.
Dan wara li l-Gvern Awstraljan affaċċja kritika qawwija għad-deċiżjoni li jitwaqqfu dawn it-titjiriet minħabba s-sitwazzjoni fl-Indja b’rabta mal-pandemija.
Issa tħabbar li ċittadini Awstraljani meqjusa vulnerabbli li nqabdu l-Indja se jkunu minn tal-ewwel li jittieħdu lura.
Ċifiri qed jindikaw li hemm mad-disat elef ċittadin Awstraljan maqbud fl-Indja bħalissa.