Għat-tieni darba, il-viża ta’ Novak Djokovic reġgħet ġiet ikkanċellata mill-Ministru għall-Imigrazzjoni Awstraljan.
Dan seħħ tliet ijiem qabel ma’ t-tennista numru wieħed se jieħu sehem fil-kampjonat tal-OpenAwstraljan.
Nhar it-Tnejn li għadda t-tennista Serb ta’ 34 sena rebaħ l-appell fil-Qorti Awstraljana, kontra l-ewwel deċiżjoni li l-viża tiegħu tiġi revokata.
Il-Ministru għalhekk, wara d-deċiżjoni tal-Imħallef, irriserva d-dritt li jeżerċita s-setgħa personali tiegħu sabiex jerġa’ jirrevoka l-viża ta’ Djokovic.
Djokovic kien għamel xi jiem f’detenzjoni, hekk kif ma mexiex mal-kriterji li hemm fis-seħħ fl-Awstralja għad-dħul fil-pajjiż minħabba l-imxija tal-Covid-19.
Fil-fatt Djokovic kien ammetta li kien hemm xi nuqqasijiet min-naħa tal-aġent tiegħu.
Intant, is-sehem tiegħu fil-kampjonat għadu inċert kawża ta’ din id-deċiżjoni li ħa l-Gvern Awstraljan kmieni dalgħodu.
Għalhekk, is-Serb jista’ jitlef iċ-ċans milli jkun l-aktar tennista li għandu unuri.
AQRA WKOLL: