Il-Gvern Awstraljan qed jinsisti għal apoloġija miċ-Ċina dwar ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali tal-Gvern Ċiniż. Dan juri suldat Awstraljan iżomm sikkina m’għonq tifel mill-Afganistan, iżda kollox jindika li r-ritratt huwa falz.
Dan kollu qed iseħħ fost tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi wara li aktar kmieni dan ix-xahar, rapport allega li xi suldati Awstraljani kienu involuti fil-qtil ta’ persuni ċivili mill-Afganistan bejn l-2009 u l-2013.
Il-Pulizija fl-Awstralja qed tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.