Il-Gvern Amerikan approva t-tieni vaċċin għal kontra l-COVID-19, dak tal-kumpanija farmaċewtika Moderna.
Dan ġimgħa biss wara li l-Istati Uniti approva b’emerġenza l-vaċċin tal-Pfizer u BioNTech li qed jiġi mqassam bħalissa.
L-Istati Uniti mistennija tirċievi mal-200 miljun doża tal-vaċċin tal-Moderna, fejn 6 miljun minnhom jinsabu fi triqthom.
Skond l-Università ta’ Johns Hopkins l-Istati Uniti b’kollox mmarka aktar minn 313,500 każ ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus u bħalissa hemm madwar 17,500,000 każ attiv.
Il-Kummissarju tal-Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċina, l-FDA, Stephen Hahn tenna kif l-approvazzjoni b’emerġenza mitluba mill-Amerika mmarkat pass kruċjali ħafna fil-ġlieda kontra din l-imxija globali.