Il-Gvern Amerikan introduċa proċess ġdid għad-deportazzjoni tal-immigranti, li mhux se jirrikjedi proċess fil-Qorti.
Bir-regolamenti l-ġodda, migranti li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa u li ma jistgħux jippruvaw li ilhom l-Istati Uniti minn tal-anqas sentejn, ikunu deportati.
L-Amministrazzjoni Trump mistennija tippubblika l-liġi l-ġdida b’mod formali t-Tlieta biex tidħol fis-seħħ minnufih.
Minkejja d-determinazzjoni tal-Gvern Amerikan, l-Assoċċjazzjoni Amerikana għall-Libertajiet Ċivili qalet li se tisfida l-liġi l-ġdida quddiem l-ogħa qrati tal-pajjiż.