Il-Gvern Malti ċaħad allegazzjonijiet li l-awtoritajiet Maltin naqsu li jassistu f’operazzjoni ta’ salvataġġ tal-immigranti.
Allegazzjonijiet li saru minn għaqda volontarja Taljana, li allegat kif l-awtoritajiet ta’ pajjiżna m’assistewx lill-vapur tagħha Mare Ionio f’operazzjoni ta’ salvataġġ.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li ċ-ċentru tas-salvataġġ ta’ Malta aġixxa skont il-liġi u l-obbligi legali.
Intqal li l-Forzi Armati ta’ pajjiżna u tal-Italja kienu f’kuntatt kontinwu malli sar magħruf li kien hemm dgħajsa bl-immigranti f’diffikultà, fejn anki ntbagħat messaġġ lill-vapuri li kienu qed ibaħħru fil-viċin.
Eventwalment id-dgħajsa bl-immigranti ġiet interċettata mill-gwardja tal-kosta Taljana lil’hinn minn Lampedusa.