Il-ġuvni Malti ta’ sbatax-il sena li l-Ħadd li għadda tajjar ċiklist ta’ sebgħa u sebgħin sena bil-konsegwenza li tilef ħajtu fil-Polonja inżamm arrestat mill-pulizija.
Waqt l-interogazzjoni ħareġ biċ-ċar li l-ġuvni ma kellux dritt isuq, b’kelliem tal-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-pulizija sostna li diġà huwa deċiż li jinżamm arrestat għal xahrejn.
Kelliem għall-uffiċju tal-prosekutur tad-distrett qal li l-ġuvni qed ikun akkużat b’negliġenza fis-sewqan bil-konsegwenza li kkawża inċident fatali.
Ingħad li l-ġuvni kien qed isuq karozza tal-għamla Mercedes li kienet mikrija u ħadha mingħajr ma talab l-awtorizzazzjoni tal-persuna li kienet qiegħda tikri l-vettura.
Il-ġuvni ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Skond l-investigazzjonijiet li saru b’rabta ma’ dan il-każ, missier il-ġuvni, li huwa Malti, huwa negozjant fil-Polonja, u ibnu spiss jitla’ jżuru minn żmien għall-ieħor.