Il-Każ seħħ f’Ġunju tal-1977 fi triq minn Cincinnati għall-akkwata rurali ta’ Oxford f’ Ohio. Maryann Gray iggradwat fl-eta’ ta’ 22 sena b’intenzjoni li twettaq bosta ħolm tul ħajjitha, meta f’jum minnhom tifel żgħir bjond ħareġ għall-għarrieda quddiem il-karozza tagħha waqt li kienet qed issuq u laqtitu bil-konsegwenza li spiċċa fuq il-bankina. Għal bosta snin, Maryann ma tkellmitx dwar Brian; l-isem tat-tifel li tajret, imma l-ħsiebijiet kontinwi ma ħallewhiex tgħix ħajja serena. Mewtu kellha influwenza dejjiema fuq il-ħajja tagħha.
Malli waslu l-pulizija, ma stennewx ambulanza tiġi, għabbewh fil-karozza taghhom u saqu bih lejn l-isptar. Gray ippanikkjata ħarġet tgħajjat li kienet hi li wettqet l-inċident. Il-pulizija daħħluha fuq wara tal-karozza tagħhom u resaq lejha uffiċċjal fejn qalilha li t-tifel miet. It-tifel safa mtajjar quddiem daru stess.
Maż-żmien kienet tisma’ b’inċidenti anke viċin fejn toqghod hi fejn darba minnhom mara ragel saq apposta fuq grupp ta’ nies. Xena orribbli tishaq Gray. Iddecidiet ukoll li tibghat ittra lill-ommu biex titlob skuza imma l-ittra intbaghtet lil huh ghax l-omm kienet mietet.
Darba fost l-oħrajn kienet l-uffiċċju u ċempel it-telefon. Kien ħu Brian; it-tifel li tajret. Wera r-rabja tiegħu u ta’ familtu lejha u staqsieha kinitx qed issuq b’veloċita’. Sostniet li le u ħu Brian pront wieġeb li dak li ġara kellu jiġri; mument ħażin fil-post ħażin. Wara t-telefonata għalkemm ma ħassitx li saret ħabibha ma’ ħu Brian, ħasset xi ħaġa fil-fond ta’ qalbha għaliex it-tnejn kienu għadhom jaħsbu fil-mewt ta’Brian. Tgħid li għalkemm għadda ż-żmien, qatt ma għexet fil-paċi minħabba dak li ġara.