L-għada taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza Maltija, fiċ-ċentru tal-ġurnalisti fil-Palazz tal-President ħafna kellhom kelma waħda.
Id-diskors tal-Prim Ministru Malti spikka għar-relevanza tiegħu fir-realtajiet tal-lum, filwaqt li ma naqsitx referenza lejn il-fatt li pajjiżna se jkun il-pajjiż Mediterranju li l-aħħar se jkollu l-presidenza għall-perjodu kemmxejn twil.
Maria Psara, ġurnalista minn aġenzija tal-aħbarijiet Griega, Ethnos, stqarret li presidenza mediterranja bħal dik Maltija tifhem aħjar l-isfidi li hemm b’rabta mal-migrazzjoni.