Nadia Toffa, ġurnalista u preżentatriċi tal-programm satiriku Taljan Le Iene, tilfet battalja twila kontra l-kanċer fl-eta ta’ 40 sena.
Ħabbar dan is-sit uffiċjali ta’ Le Iene li lura fl-2017 kiseb popolarità qawwija wara li żvela l-allegat impatt ambjentali minn testijiet nukleari fl-istitut xjentifiku ta’ Gran Sasso f’Aquila.
Niente per noi sarà più come prima, ciao Nadia pic.twitter.com/MsUpJm253L
— Le Iene (@redazioneiene) August 13, 2019
Il-ġurnalista Taljana kienet ilha tiġġieled tumur f’rasha mit-2 ta’ Diċembru tal-2017. Madankollu spikkat id-dedikazzjoni ġurnalistika ta’ Toffa hekk kif xahrejn biss wara li skopriet li kellha l-kanċer irritornat lura fil-programm bħala preżentatriċi.
Hija kienet operata f’rasha fejn tneħħilha t-tumur kollu madankollu sfortunatament reġa ħarġilha biss ftit xhur wara.
Fuq messaġġ fuq Facebook hija kienet qalet: “Sembrava tutto finito, ma a marzo durante un controllo, è arrivata la brutta notizia. Il cancro era tornato e mi hanno operata nuovamente. È il mio dolore e me lo devo portare. È una sfida che magari posso non vincere, ma l’importante è mettercela tutta, combattere. Ci ho messo mesi di dolore e introspezione per capirlo, però non voglio fare pena a nessuno. Non piango in pubblico, piango con i miei amici“.
Fi stqarrija uffiċjali minn Le Iene b’reazzjoni għall-mewt tal-kollega tant maħbuba tagħhom, qalu kif minkejja li tilfet il-battalja kontra l-kanċer hija ma hi se tintesa minn ħadd.