Il-ġurnalist tal-BBC li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ħebb għal żewġ kaċċaturi f’Għawdex ġie lliberat minħabba nuqqas ta’ provi.
Chris Packham kien ħabbar li se jitressaq il-Qorti permezz ta’ filmat fuq twitter. Qal li nżamm fi stazzjon tal-Pulizija f’Għawdex għa sagħtejn u li ssejjaħ jidher għada filgħodu, akkużat li uża l-forza kontra xi ħadd bl-intenzjoni li jweġġa’ jew jinsulta. Stqarr ukoll li huwa kompletament innoċenti minn dawn l-akkużi.
Malta ! You point out suspected criminals to the police . . . and you end up in court ! Please RT and begin baking cakes ! #stoptheslaughter pic.twitter.com/HDBQ2ec6Qp
— Chris Packham (@ChrisGPackham) April 18, 2017
Ritratt: Birdlife