Il-ġurnalist Jamal Khashoggi inqatel waqt ġlieda fil-konsolat Sawdi f’Istanbul. Dan intqal mill-istazzjon televiżiv tal-pajjiż, hekk kif kien qed jikwota investigazzjoni inizjali.
Intqal li d-deputat kap tal-intelliġenza Ahmad al-Assiri u Saud al-Qahtini, ajjutant tal-Prinċep Mohammed Bin Salman, tneħħew mill-kariga minħabba dan l-episodju.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li dak li ġara huwa inaċċettabbli, iżda l-Arabja Sawdija kienet alleat kbir ta’ pajjiżu.
Din kienet l-ewwel darba li r-renju Sawdi ammetta li Khashoggi miet. Trump qal li l-arresti kienu l-ewwel pass importanti, filwaqt li faħħar talli l-Arabja Sawdija aġixxa malajr.