Il-ġurnalist sportiv Fredu Attard ħareġ mill-isptar wara għaxar t’ijiem rikoverat fl-isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ it-Tnejn 21 t’Ottubru, meta Attard kien passiġier f’raġel ta’ 26 sena minn Birkirkara waqt li kellhom impatt ma’ karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena.
Attard kien se jirritorna lejn daru wara li ntemmet il-partita mill-Kampjonat Premier bejn Hibernians u Ħamrun Spartans.