Artiklu f’magazine ta’ The Telegraph qajjem mistoqsijiet kbar dwar Maria Efimova, ir-Russa li għamlet allegazzjonijiet mingħajr ma preżentat imqar prova waħda.
The Telegraph tgħid li l-blogger Daphne Caruana Galizia straħet fuq Efimova, eks impjegata tal-bank Pilatus li allegat li mart il-Prim Ministru kienet is-sid tal-kumpanija Egrant.
Efimova kienet tkeċċiet mill-bank Pilatus wara li nqabdet tiffroda lill-istess bank.
L-artiklu tal-gazzetta awtorevoli Ingliża jisħaq li Efimova qatt ma pprovdiet evidenza biex tissostanzja dak li allegat.
Galizia based it on testimony from a former Russian employee at Pilatus, Maria Efimova, who said she had seen the documents but did not actually provide them.
Bi kliem ċar daqs il-kristall, The Telegraph tirrapporta li waqt li l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia kien spirituż, il-kitbiet tagħha kienu mimlija qlajjiet u mhux fatti.
While her blog was witty and perceptive,much was based on hearsay,not facts, her detractors say.
The Telegraph tkellmet ukoll mal-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono.
Huwa rrakonta kif Daphne Caruana Galizia użat kliem xejn kumplimentuż, anzi pjuttost vjolenti fil-konfront tiegħu meta hu kien fil-qalba tal-kriżi politika li kien qed jiffaċja Gvern Nazzjonalista.
Dakinhar Caruana Galizia kitbet li Debono għandu jinħareġ barra u jisparawlu.
In another she said,‘He should be taken out and shot.
Sadanittant The Telegraph irrappurtat kif teżisti teżi li l-istorja ta’ Egrant iddur ma’ storja falza mbuttata mill-Gvern Russu biex ippattuha lill-Gvern ta’ Joseph Muscat wara li rrifjuta li jħalli vapuri tal-gwerra Russi jidħlu Malta huma u sejrin lejn is-Sirja.
L-istess midja Ingliża tirrapporta li wara li Joseph Muscat kiseb mandat ieħor b’saħħtu m’għand il-poplu, ir-Russi riedu jippruvaw joħolqu kaos f’Malta billi joqtlu lil Daphne Caruana Galizia.
When Muscat then failed to lose the snap election sparked by the Egrant story,the theory goes,the Kremlin went one step further and had Galizia killed.