Ġurat supplimentari fil-każ tal-ġuri ta’ żewġ omiċidji separati ġie mmultat €1,000 wara li fil-pussess tiegħu nstab li kellu tablet. B’konsegwenza li lbieraħ il-ġuri ġie sospiż.
L-espert tal-Qorti Martin Bajada lesta rapport dwar il-kontenut li kien hemm fuq dan it-tablet.
Intqal li fi tlett ijiem instab li l-ġurat inkwistjoni għamel eluf ta’ tfittxijiet online. Fost oħrajn instab li l-ġurat fittex fuq ChatGPT, waqt li wkoll ra bosta portals tal-aħbarijiet lokali.
Instabet chat bejn il-ġurat u ibnu, fejn qallu dwar xiex huwa l-ġuri li qed jieħu sehem fih.
L-Imħallef Edwina Grima wissiet lill-ġurati li ma jistgħu jitkellmu ma’ ħadd dwar dan il-każ.